Mariella Porter

Mariella Porter hija Nutrizjonista Klinika irreġistrata kemm f’Malta u kif ukoll fir-Renju Unit. Hi kisbet il-Masters fin-Nutrizjoni mill-Università ta’ Chester fir-Renju Unit, fejn studjat fi ħdan id-Dipartiment tax-Xjenzji Kliniċi. Is-Sa Porter kisbet ukoll diploma fl-oqsma li ġejjin: Managment tad-Dieta u Piż, Nutrizjoni tat-Tfal flimkien man-Nutrizjoni fl-Eżerċizzju u l-Isport. Minn zmien għal zmien tattendi konferenzi u seminars indirizzati għall-professjonisti tas-saħħa, u taġġorna ruħha b’mod kostanti mal-aħħar studji li jkunu saru fil-qasam.

Is-Sa Porter għamlet ukoll riċerki fuq l-ipersensittività tal-ikel fi ħdan il-popolazzjoni pedjatrika Maltija u hija l-awtur tad-dokument ‘Safety Recommendations on Food Hypersensitivity in Maltese Schools.’ Speċjalizzat ukoll fuq dieti eliminatorji tal-ikel relatati ma’ allerġiji, intolleranzi jew bżonnijiet dijatetiċi oħra. Hija edukatriċi b’warrant u għandha l-edukazzjoni għal qalbha ħafna filwaqt li tagħti wkoll taħditiet u seminars dwar suġġetti marbuta nutrizjoni u saħħa. Filwaqt li għandha esperjenza vasta fl-iskejjel ma’ tfal u adoloxxenti, Ms Porter hija wkoll kwalifikata sabiex tagħti korsijiet kemm lill-ġenituri u kif ukoll adulti oħra.

Mariella għandha esperjenza mgħoddija fil-Produzzjoni tal-Midja u Televiżiva u tkun kelliema mistiedna ta’ programmi televiżivi lokali varji meta l-argument ewlieni jkun dwar in-nutrizjoni jew xi suġġett ieħor relatat mas-saħħa.

Apparti l-professjoni tagħha, Mariella hija wkoll omm ta’ familja żagħżugħa enerġetika, u tagħmilha ċara li ssib bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u t-tgawdija ta’ ħajjitha!